CaniLeish (Leishmania infantum excreted secreted...) – Kondizzjonijiet jew restrizzjonijiet rigward il- provvista u l-użu - QI070AO

Updated on site: 08-Feb-2018

Isem tal-Mediċina: CaniLeish
ATC: QI070AO
Sustanza: Leishmania infantum excreted secreted proteins
Manifattur: Virbac S.A

A.MANIFATTUR(I) TAS-SUSTANZA BIOLOĠIKA ATTIVA U SID TAL- AWTORIZZAZZJONI TAL-MANIFATTURA RESPONSABBLI MILL-ĦRUĠ TAL-LOTT

Isem u indirizz tal-manufattur tas-sustanza bioloġika attiva

VIRBAC

1ère avenue – 2065 m – L.I.D. 06516 Carros

Franza

Isem u indirizz tal-manifattur responsabbli mill-ħruġ tal-lott

VIRBAC

1ère avenue – 2065 m – L.I.D. 06516 Carros

Franza

B. KUNDIZZJONIJIET JEW RESTRIZZJONIJIET

TAL-AWTORIZZAZZJONI TAL-

KUMMERĊ DWAR IL-PROVVISTA JEW L-UŻU

Sabiex jiġu mogħtija biss bi preskrizzjoni veterinarja.

Skond l-Artikolu 71 tad-Direttiva 2001/82/KEE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, l-Istati Membri jipprojbixxu jew jistgħu jipprojbixxu l-importazzjoni, il-bejgħ, il-forniment u/jew l-użu tal-prodott mediċinali veterinarju fit-territorju sħiħ tagħhom jew parti minnu jekk jiġi stabbilit illi:

a)l-għotja tal-prodott mediċinali veterinarju lill-annimali tinterferixxi ma’ l-implimentazzjoni ta’ programmi nazzjonali għad-dijanjosi, il-kontroll u l-eradikazzjoni tal-mard tal-annimali, jew tikkawża diffikultajiet fiċ-ċertifikazzjoni ta’ l-assenza tal-kontaminazzjoni f’annimali ħajjin jew fl- ikel jew prodotti oħrajn li jiġu minn annimali ttrattati.

b)il-marda li għaliha l-prodott mediċinali veterinarju huwa intenzjonat li jagħti immunità hija ġeneralment assenti mit-territorju.

Ċ. .DIKJARAZZJONI TA’ L-MRLs

Mhux applikabbli.

Kummenti