Canigen L4 (Inactivated Leptospira strains:L. interrogans...) - QI07AB01

Updated on site: 08-Feb-2018

Isem tal-Mediċina: Canigen L4
ATC: QI07AB01
Sustanza: Inactivated Leptospira strains:L. interrogans serogroup Canicola serovar Portland-vere (strain Ca-12-000); L. interrogans serogroup Icterohaemorrhagiae serovar Copenhageni (strain Ic-02-001); L. interrogans serogroup Australis serovar Bratislava (strain A
Manifattur: Intervet International B.V.

Canigen L4

Vaċċin tal-leptospirożi tal-klieb (inattivat)

Dan id-dokument huwa sommarju tar-rapport pubbliku Ewropew ta’ valutazzjoni (EPAR) għal Canigen L4. Dan jispjega kif l-Aġenzija vvalutat il-mediċina biex tirrakkomanda l-awtorizzazzjoni tagħha fl-UE u l-kondizzjonijiet ta’ użu tagħha. Dan mhux intiż biex jipprovdi konsultazzjoni prattika dwar kif jintuża

Canigen L4.

Għal informazzjoni prattika dwar l-użu ta’ Canigen L4, is-sidien tal-annimali jew il-gwardjani għandhom jaqraw il-fuljett ta’ tagħrif jew jikkuntattjaw lit-tabib jew lill-ispiżjar tagħhom.

X’hinu Canigen L4 u għal xiex jintuża?

Canigen L4 huwa vaċċin veterinarju użat biex ilaqqam klieb minn sitt ġimgħat ta' età biex jipproteġi kontra leptospirożi kkawżata minn wieħed minn erba' tipi speċifiċi ta' batterji tal-Leptospira. Fil-klieb, il-leptospirożżi fil-klieb tikkawża fsada, epatite (infjammazzjoni fil-fwied) u suffejra (sfurija fil-ġilda u fl- għajnejn) jew nefritis (infezzjoni fil-kliewi). Il-batterji jinfirxu permezz tal-awrina ta' annimali infettati. Għal xi razez ta' Leptospira, il-vaċċin inaqqas ukoll l-eskrezzjoni (tixrid) tal-batterji fl-awrina mill-klieb infettati u b’hekk inaqqas ir-riskju ta’ trażmissjoni.

Dan il-vaċċin huwa l-istess bħal Nobivac L4, li diġà huwa awtorizzat fl-Unjoni Ewropea (UE). Il- kumpanija li tipproduċi Nobivac L4 qablet li d-data xjentifika tagħha tista’ tintuża għal Canigen L4

(“kunsens infurmat”).

Canigen L4 fih erba' tipi ta' razez ta' Leptospira inattivati (maqtula): L. interrogans serogrupp Canicola serovar Portland-vere, L. interrogans serogrupp Icterohaemorrhagiae serovar Copenhageni, L. interrogans serogrupp Australis serovar Bratislava, L. kirschneri serogrupp Grippotyphosa serovar Dadas.

Kif jintuża Canigen L4?

Canigen L4 jiġi bħala suspensjoni għal injezzjoni u jista’ jinkiseb biss b’riċetta ta’ tabib. Il-vaċċin jingħata lill-klieb bħala żewġ injezzjonijiet taħt il-ġilda, b’erba’ ġimgħat bejn kull waħda. L-ewwel

© European Medicines Agency, 2015. Reproduction is authorised provided the source is acknowledged.

injezzjoni tista’ tingħata minn sitta sa disa’ ġimgħat u t-tieni waħda erba’ ġimgħat wara. Meta jkun magħruf li l-ġriewi jkollhom livelli għoljin ta’ antikorpi ta’ oriġini materna (tip speċjali ta’ proteini, li jkunu ħadu mill-ħalib ta’ ommhom, li jgħinu lill-ġisem jiġġieled l-infezzjoni), huwa rrakkomandat li l- ewwel vaċċin jingħata meta jkollhom disa’ ġimgħat. Għandha tingħata injezzjoni ‘buster’ waħda kull sena sabiex jinżamm l-effett tal-vaċċin.

Il-protezzjoni tibda taħdem tliet ġimgħat wara l-għoti tal-aħħar injezzjoni u ddum sena.

Kif jaħdem Canigen L4?

Canigen L4 huwa vaċċin. Il-vaċċini jaħdmu billi ‘jgħallmu’ lis-sistema immunitarja (id-difiżi naturali tal- ġisem) kif tiddefendi ruħha kontra l-mard. Ir-razez tal-batterji ta' Leptospira f'Canigen L4 jinqatlu (jiġu inattivati) sabiex ma jikkawżawx il-marda. Meta Canigen L4 jingħata lill-klieb, is-sistema immunitarja tal-annimali tagħraf il-batterji bħala "barranin" u tagħmel antikorpi kontrihom. Fil-futur, jekk l-annimali jiġu esposti għal dawn il-batterji ta' Leptospira, is-sistema immunitarja tkun kapaċi twieġeb aktar malajr. Dan jgħin jipproteġihom kontra l-leptospirożi.

X’benefiċċji wera Canigen L4 f’dawn l-istudji?

Il-kumpanija ppreżentat data kemm mill-istudji tal-laboratorju kif ukoll mill-istudji ta’ fuq il-post biex tistabbilixxi s-sigurtà u l-effikaċja tal-vaċċin, inkluż kemm ħadu żmien il-klieb biex kienu protetti għalkollox u kemm jista’ jdum jipprovdi protezzjoni l-vaċċin .

L-istudji wrew li l-vaċċin inaqqas l-infezzjoni b'Leptospira u l-eskrezzjoni tal-batterji fl-awrina. Dawn urew ukoll li l-vaċċin huwa sigur biex jingħata lill-klieb nisa tqal.

X’inhuma r-riskji assoċjati ma’ Canigen L4?

Jista’ jkun hemm żieda ħafifa u temporanja fit-temperatura tal-ġisem ( 1 °C jew inqas) għal ftit jiem wara t-tilqima, b’ xi wħud mill-ġriewi juru inqas attività u/jew tnaqqis fl-aptit. Jista’ jkun hemm nefħa żgħira u temporanja fis-sit tal-injezzjoni, li jew tisparixxi inkella tiċkien mid-daqs fi żmien ġimagħtejn wara l-vaċċin. Jista’ jkun hemm reazzjoni okkażjonali ta’ ipersensittività (allerġika) akuta (fuq perjodu ta’ żmien qasir) u temporanja.

Għal xiex ġie approvat Canigen L4?

Il-Kumitat għall-Prodotti Mediċinali għall-Użu mill-Bniedem (CHMP) tal-Aġenzija ddeċieda li l-benefiċċji ta’ Canigen L4 huma akbar mir-riskji tiegħu u rrakkomanda li jkun approvat għall-użu fl-UE.

Tagħrif ieħor dwar Canigen L4

Il-Kummissjoni Ewropea tat awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq għal Canigen L4 valida fl-Unjoni Ewropea kollha fit-03/07/2015.

L-EPAR sħiħ għal Canigen L4 jinsab fis-sit web tal-Aġenzija: ema.europa.eu/Find medicine/Veterinary medicines/European public assessment reports. Għal aktar informazzjoni dwar il-kura b'Canigen L4, is- sidien tal-annimali jew il-gwardjani għandhom jaqraw il-fuljett ta' tagħrif jew jikkuntattjaw lill- veterinarju jew lill-ispiżjar tagħhom.

Dan is-sommarju ġie aġġornat l-aħħar f’Mejju 2015.

Kummenti