Parvoduk (live attenuated Muscovy duck parvovirus) – Fuljett ta’ tagħrif - QI01BD03

FULJETT TA’ TAGĦRIF GĦAL:

Parvoduk

suspensjoni u dilwent għal suspensjoni għal injezzjoni għal papri Muscovy.

1. L-ISEM

U L-INDIRIZZ TAD-DETENTUR TAL-AWTORIZZAZZJONI GĦAT- TQEGĦID FIS-SUQ U TAD-DETENTUR TAL-AWTORIZZAZZJONI GĦALL- MANIFATTURA RESPONSABBLI GĦALL-ĦRUĠ TAL-LOTT, JEKK DIFFERENTI

Detentur tal-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq u l-manifattur responsabbli għall-ħrug tal-lott: MERIAL

29 avenue Tony Garnier

69007 Lyon, France

Manifattur responsabbli għall-ħrug tal-lott: MERIAL

Laboratory of Lyon Porte des Alpes Rue de l’Aviation,

69800 Saint-Priest France

2.ISEM TAL-PRODOTT MEDIĊINALI VETERINARJU

Parvoduk suspensjoni u dilwent għal suspensjoni għal injezzjoni għal papri Muscovy

3.DIKJARAZZJONI TAS-SUSTANZA(I) ATTIVA(I) U INGREDJENT(I) OĦRA

Kull doża rikostitwita ta’ 0.2 ml fiha:

 

Sustanza Attiva :

 

Il-parvovirus ħaj imdgħajjef tal-papra Muscovy strejn GM199 ............................

2.6-4.8 log10 CCID50*

*Cell culture doża infettiva 50%.

 

4.INDIKAZZJONIJIET

Immunizzazzjoni attiva ta’ papri Muscovy biex tnaqqas telf ta’ piż u leżjonijiet tal-virus tal-papri Muscovy u l-Marda Derzsy u, fin-nuqqas ta’ antikorpi derivati mill-omm, biex tevita wkoll l- mortalità.

Bidu tal-immunità: 11-il ġurnata wara l-ewwel kors ta’ tilqim.

Tul tal-immunità: 26 ġurnata wara l-ewwel kors ta’ tilqim.

Il-tul ta’ immunità muri jipproteġi t-tjur waqt il-perijodu meta jkunu l-iżjed suxxettibbli għall- parvovirus tal-papri Muscovy u l-Marda ta’ Derzsy.

5.KONTRAINDIKAZZJONIJIET

Tużax fit-tjur li qed ibidu.

6.EFFETTI MHUX MIXTIEQA

Xejn.

Jekk tinnota xi effetti serji jew effetti oħra mhux imsemmija f’dan il-fuljett, jekk jogħġbok informa lit- tabib veterinarju tiegħek.

7.SPEĊI LI GĦALIHOM HUWA INDIKAT IL-PRODOTT

Papri Muscovy.

8.DOŻA GĦAL KULL SPEĊI, MOD(I) U METODU TA’ AMMINISTRAZZJONI

Għall-użu għal taħt il-ġilda.

Amministra doża waħda ta’ 0.2 ml b’injezzjoni taħt il-ġilda skont l-iskema ta’ tilqim li ġejja:

-L-ewwel tilqima: fl-età ta’ ġurnata.

-It-tieni tilqima: fl-età ta’ 17-il ġurnata.

9.PARIR SABIEX TAMMINISTRA B’MOD KORRETT

Ħawwad il-kunjett bis-suspensjoni tal-antiġen. Daħħal it-trocar ipprovdut mal-borża tad-dilwent permezz tal-għeluq tal-kunjett tal-ħġieġ u tal-borża tad-dilwent biex tqabbadhom. Ittrasferixxi l- kontenut tal-kunjett fil-borża tad-dilwent. Neħħi t-trocar. Ħawwad bil-mod il-borża biex tħallat is- suspensjoni tal-antiġen mad-dilwent. Wara li tħawwad, qabbad il-borża f’sistema ta’ injezzjoni ta’ veloċità għolja, awtomatizzata jew semi-awtomatizzata. . Il-vaċċin huwa mbagħad lest biex jintuża. Ladarba rikostitwit, uża fi żmien 4 sigħat.

10.PERJODU TA’ TIŻMIM

Xejn.

11.PREKAWZJONIJIET SPEĊJALI GĦALL-ĦAŻNA

Żomm fejn ma jidhirx u ma jintlaħaqx mit-tfal.

Is-suspensjoni tal-antiġen:

Aħżen u ttrasporta ġo friġġ (2°C – 8°C).

Tiffriżax.

Ipproteġi mid-dawl.

Dilwent:

Aħżen taħt il-25° C.

Tiffriżax.

Ipproteġi mid-dawl.

12.TWISSIJIET SPEĊJALI

Prekawzjonijiet speċjali għall-użu fl-annimali: Laqqam biss tjur f’saħħithom

Il-qatgħa kollha għandha tiġi mlaqqma biex jitnaqqas ir-riskju ta’ xi ċirkolazzjoni tal-istrejn u rikombinazzjoni tal-vajrus.

Żmien il-bidien:

Il-vaċċin mhux maħsub għat-tjur li qed ibidu.

Interazzjoni ma’ prodotti mediċinal oħrajn u forom oħrajn ta’ interazzjoni:

M'hemmx informazzjoni dwar is-sigurtà u l-effikaċja ta’ dan il-vaċċin jekk jintuża flimkien ma’ kwalunkwe mediċina veterinarja oħra. Id-deċiżjoni sabiex jintuża dan il-vaċċin qabel jew wara xi prodott mediċinali veterinarju ieħor, għaldaqstant għandha tittieħed każ b’każ.

Doża eċċessiva (sintomi, proċeduri ta’ emerġenza, antidoti):

L-ebda effetti mhux mixtieqa ma ġew osservati meta ingħatat doża eċċessiva ( 10 x id-doża)

Inkompatibilitajiet:

Tħallatx ma’ ebda prodott mediċinali veterinarju ieħor.

13. PREKAWZJONIJIET SPEĊJALI DWAR RIMI TA’ PRODOTT MHUX UŻAT JEW MATERJAL IEĦOR

GĦAR-RIMI, JEKK IKUN IL-KAŻ

Il-mediċini m’għandhomx jiġu mormija mal-ilma maħmuġ jew mal-iskart domestiku.

Staqsi lill-kirurgu veterinarj tiegħek dwar kif l-aħjar li tarmi l-mediċini li ma jkunux aktar meħtieġa. Dawn il-miżuri għandhom jgħinu sabiex jipproteġu l-ambjent.

14.DATA META ĠIE APPROVAT L-AĦĦAR IL-FULJETT TA’ TAGĦRIF

Informazzjoni dettaljata dwar dan il-prodott tinstab fuq il-websajt tal-Aġenzija Ewropea dwar il-Mediċini (http://www.ema.europa.eu/).

15.TAGĦRIF IEĦOR

Il-vaċċin fih parvovirus ħaj attenwat tal-papra Muscovy. Jinduċi immunità attiva u speċifika kontra l- parvovirus tal-papra Muscovy u l-marda ta’ Derzsy fit-tjur imlaqqma.

Ħdax-il marker ġenetiku (nukleotidi) fil-ġene VPI jippermettu differenzjar tal-istrejn tal-vaċċin tal- Parvoduk mill-istrejnijiet li jinstabu barra tal-parvovirus tal-papri u tal-wiżż, kif jigi muri hawn taħt:

Pożizzjoni fuq il-

ġene VP1

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Parvoduk

A

G

T

C

T

A

T

C

G

A

G

Parvovirus tal-papra

C

A

C

G

C

C

C

A

A

C

A

Parvovirus tal-wiżż

C

T

C

G

C

C

C

A

A

T

A

L-istrejn tal-vaċċin jista’ jinsab fil-milsa għal mill-inqas 35 ġurnata.

Fil-flieles tal-papri li m’għandhomx antikorpi tal-omm, vaċċin wieħed fl-ewwel jum iwassal għal bidu tal-immunità wara 14-il ġurnata.

Impatt żgħir okkażjonali fuq l-iżvilupp ma jistax jiġi eskluż meta jiġu mlaqqma flieles ta’ ġurnata li m’għandhomx antikorpi derivati mill-omm.

Daqsijiet tal-pakkett:

Is-suspensjoni tal-antiġen:

Kaxxa tal-kartun li fiha 10 kunjetti ta’ 500 doża.

Kaxxa tal-kartun li fiha kunjett ta’ 2,500 doża.

Dilwent:

Kaxxa tal-kartun li fiha 10 boroż ta’ 500 doża.

Kaxxa tal-kartun li fiha borża ta’ 2,500 doża.

Mhux id-daqsijiet kollha tal-pakkett jistgħu qegħdin fis-suq.

Kummenti