Purevax RC (attenuated feline rhinotracheitis herpesvirus...) - QI06AH

Updated on site: 09-Feb-2018

Isem tal-Mediċina: Purevax RC
ATC: QI06AH
Sustanza: attenuated feline rhinotracheitis herpesvirus (FHV F2 strain) /inactivated feline calicivirosis antigens (FCV 431 and G1 strains)
Manifattur: Merial

PUREVAX RC

Sommarju ta’ l-EPAR għall-pubbliku

Dan id-dokument huwa sommarju tar-Rapport ta’ Valutazzjoni Pubblika Ewropew. L-għan tiegħu huwa li jispjega kif il-valutazzjoni magħmula mill-Kumitat għall-Prodotti Mediċinali għal Użu Veterinarju (CVMP) abbażi tad-dokumentazzjoni pprovduta, wasslet għar-rakkomandazzjonijiet dwar il-kundizzjonijiet ta’ l-użu. Dan id-dokument ma jistax jieħu post diskussjoni wiċċ imb’wiċċ mal-veterinarju tiegħek. Jekk teħtieġ iktar informazzjoni dwar il-kundizzjoni medika jew dwar it- trattament ta’ l-annimal tiegħek, ikkuntattja lill-veterinarju tiegħek. Jekk tixtieq iktar informazzjoni abbażi tar-rakkomandazzjonijiet tal-CVMP, aqra d-Diskussjoni Xjentifika (parti wkoll mill-EPAR).

X’inhu Purevax RC?

Purevax RC huwa vaċċin li fih dawn is-sustanzi attivi:

rhinotracheitis herpesvirus felin (razza FHV F2) imdgħajjef,

antiġeni tal-calicivirosis (razez FCV 431 u G1) inattivati (maqtula).

Purevax RC huwa lyophilisate (solidu imnixxef) u solvent li jinħallu f’sospensjoni għall- injezzjoni.

Għalxiex jintuża Purevax RC?

Purevax RC jintuża fit-tilqim ta’ qtates mill-età ta’ 8 ġimgħat ’il fuq kontra dawn il-mardiet:

rinotrakeite virali felina (marda tixbah lill-influwenza kkawżata mill-herpesvirus),

calicivirosis felin (marda tixbah lill-influwenza bl-infjammazzjoni tal-ħalq ikkawżata mill-calicivirus).

It-tilqima tgħin fit-tnaqqis tas-sintomi tal-mardiet u tgħin ukoll fit-tnaqqis ta’ l-eskrezzjoni virali fil-każ ta’ infezzjoni tal-calicivirus.

Wara li Purevax RC jinħall, 1 ml minnu jiġi injettat taħt il-ġilda. L-ewwel injezzjoni għandha tingħata lill-qtates li jkollhom ta’ l-inqas tmien ġimgħat, bit-tieni injezzjoni tingħata bejn tlieta u erba’ ġimgħat wara. Jekk il-qattus ikollu livelli għoljin ta’ antikorpi li jintirtu mill-omm, l- ewwel tilqima għandha titbiegħed sa ma jkollu 12-il ġimgħa. Il-qattus għandu jitlaqqam mill- ġdid għall-komponenti kollha sena wara l-ewwel kors ta’ tilqim, u mbagħad kull sena.

Kif jaħdem Purevax RC?

Purevax RC huwa vaċċin. Il-vaċċini jaħdmu billi ‘jgħallmu’ lis-sistema immunitarja (id-difiżi naturali tal-ġisem) kif tiddefendi ruħha kontra l-mard. Purevax RC fih ammonti żgħar ta’ vajrusis imdgħajfa jew maqtula li jikkawżaw il-mardiet imsemmija hawn fuq.

Meta l-qattus jingħata t-tilqima, is-sistema immunitarja tagħraf il-vajrusis imdgħajfa jew maqtula bħala ‘barranin’ u huwa jagħmel antikorpi kontriehom. Fil-ġejjieni, is-sistema immunitarja tkun kapaċi tipproduċi l-antikorpi iktar malajr meta jerġgħu jiġu esposti għall-

vajrusis. Meta jkun espost għal kwalunkwe mill-vajrusis iktar tard fil-ħajja, il-qattus jew ma jiġix infettat jew ikollu infezzjoni ħafna inqas serja.

Kif ġie studjat Purevax RC?

L-effettività ta’ Purevax RC ġiet studjata f’diversi studji fil-kundizzjonijiet tal-laboratorji fejn il-qtates tlaqqmu u ġew infettati bil-herpesvirus u calcivirus virulenti. Fl-istudji ta’ Purevax RC li ħares lejn l-iskeda bażika tat-tilqim (żewġ injezzjonijiet b’bejn tlieta u erba’ ġimgħat bejniehom) u t-tilqima booster (ta’ l-anqas injezzjoni waħda). Ġew inklużi diversi razez ta’ qtates żgħażagħ u adulti, iżda mhux frieħ. Il-mezz ewlieni tal-kejl ta’ l-effettività kien il-livell ta’ l-antikorpi fid-demm kontra l-vajrusis fit-tilqima.

Liema benefiċċji ta’ Purevax RC intwerew f’dan l-istudju?

F’kundizzjonijiet tal-laboratorju, intwera li Purevax RC jipprovdi protezzjoni kontra l-mardiet imsemmija hawn fuq. Fl-istudju dwar it-tilqima bażika kien hemm żieda fl-antikorpi kontra l- infezzjonijiet tal-herpesvirus tar-rinotrakeite felina u tal-calicivirus. Fl-istudju li analizza t- tilqima booster, il-livelli ta’ l-antikorpi kontra l-infezzjonijiet tal-herpesvirus tar-rinotrakeite felina u tal-calicivirus baqgħu stabbli jew żdiedu bi ftit.

X’inhuma r-riskji assoċjati ma’ Purevax RC?

Xi drabi, il-qtates jiżviluppaw apatija (nuqqas ta’ interess fl-ambjent ta’ madwarhom) u anoressija (nuqqas ta’ apatija), kif ukoll temperatura għolja li ddum jum jew tnejn. Jista’ jkun hemm reazzjoni lokali fis-sit ta’ l-injezzjoni, b’uġigħ ħafif meta jintmess, ħakk jew nefħa, li tisparixxi fi żmien ġimgħa jew tnejn. Għal-lista sħiħa ta’ effetti sekondarji rrapportati ma’ Purevax RC, ara l-Fuljett ta’ Tagħrif.

Purevax RC m’għandux jintuża fi qtates tqal.

Xi prekawzjonijiet irid jieħu min jagħti l-mediċina jew jiġi f’kuntatt ma’ l-annimal?

Jekk min jagħti l-mediċina jitniggeż biha bi żball għandu jitlob parir mediku immedjatament u juri l-Fuljett ta’ Tagħrif jew it-tikketta lit-tabib.

Għaliex ġie approvt Purevax RC?

Il-Kumitat għall-Prodotti Mediċinali għall-Użu Veterinarju (is-CVMP) ikkonkluda li l- benefiċċji ta’ Purevax RC jisbqu r-riskji għat-tilqim attiv ta’ qtates li jkollhom iktar minn tmien ġimgħat kontra l-mardiet imsemmija hawn fuq, u rrakkomanda li Purevax RC jingħata l-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq. Il-bilanċ bejn il-benefiċċju u r-riskju jista’ jinstab fil- modulu 6 ta’ dan l-EPAR.

Tagħrif ieħor dwar Purevax RC:

Il-Kummissjoni Ewropea tat l-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq valida madwar l-Unjoni Ewropea kollha għal Purevax RC lil MERIAL fit-23 ta’ Frar 2005.

Dan is-sommarju ġie aġġornat l-aħħar fil-25 ta’ Jannar 2008.

Kummenti